San Gejtanu 2013

San Gejtanu fil-Hamrun.

San Duminku

San Duminku (Spanjol: Domingo), magħruf ukoll bħala Duminku ta’ Osma jew ta’ Guzmán (1170 – 6 ta’ Awissu, 1221) kien il-Fundatur tal-Ordni tal-Predikaturi (OP) magħrufin bħala d-Dumnikani, ordni reliġjuż Kattoliku.San Duminku twieled f’Calaruega,Spanja

fl-1170, minn familja nobbli, bin Ġovanna ta’ Aza u Feliċ ta’ Guzman. It-tradizzjoni tgħid li meta ommu kienet tqila bih hija kellha ħolma li t-tarbija tagħha, kienet se tkun bħal kelb bit-torċa f’ħalqu, iktar tard interpretata li Duminku bil-prietki tiegħu kellu jagħti dawl lid-dinja kollha. Il-kelb bit-torċa f’ħalqu sar simbolu tal-Ordni Dumnikan. It-tradizzjoni tkompli tgħid ukoll li fil-magħmudija ta’ Duminku, ommu rat stilla tiddi fuq sidru, ġrajja li wasslet biex San Duminku jibda jitqis ukoll bħala patrun tal-astronomija.

Meta Duminku kellu erbatax-il sena, daħal l-Università ta’ Palencia, biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Waqt li kien għadu student sar Kanonku tal-Katidral ta’ Osma. Wara l-ordinazzjoni tiegħu fl-1195, mar jgħix mal-Kanonċi skond ir-Regola ta San Wistin.Fl-1201, sar il-Pirjol tal-Kapitlu.Fl-1204, kien ma’ l-Isqof tiegħu qiegħed jivvjaġġa fi Franza, u ra l-ħsara li kienu qed jagħmlu l-Albigizi, (minn Alby Franza

li fost tagħlim eretiku ieħor kienu jsostnu li l-ispiritwali huwa tajjeb, u l-materjali huwa ħażin, u li Ġesù ma twelidx tassew minn Marija). F’Languedoc iltaqa’ ma’ wieħed Albiġiż u għadda l-lejl kollu jiddiskuti miegħu sakemm ikkonvinċieh u rah jerġa’ jħaddan it-twemmin Kattoliku.

Minn din il-laqgħa, San Duminku ra ċar li l-missjoni tiegħu kienet li jippriedka l-Vanġelu u jikkumbatti l-ereżija Albiġiża. Għalhekk ġabar madwaru grupp ta’ għalliema biex jgħinuh iwettaq il-ħsieb tiegħu, u b’xi nisa minnhom waqqaf il-kunvent ta’ Prouille fl-1206. Huwa baqa’ f’Languedoc għal kważi għaxar snin jippriedka bla serħan.Fl-1212 mar Toulouse, u fl-1215 attenda r-Raba’ Konċilju Lateran, f’Ruma. Lura f’Toulouse waqqaf l-Ordni tal-Predikaturi jew kif saru magħrufin “Id-Dumnikani”, fil-25 ta’ April 1215. L-għan prinċipali tal-Ordni kien li l-membri tiegħu jgħaqqdu l-għerf mal-qdusija u s-sempliċita’ tal-ħajja u jipprietkaw il-Vanġelu ħalli jikkumbattu l-ereżija tal-Albiġiżi. Il-Papa Onorju III approva l-Ordni f’Diċembru 1216.F’qasir żmien id-Dumnikani xterdu fi Spanjafi Franza, l-Ingilterra l-Italja u f’pajjiżi oħra. Fl-1220 il-Papa Onorju III ħatar lil San Duminku bħala Superjur Ġenerali tal-Ordni. F’dik l-istess sena, San Duminku sejjaħ l-ewwel Kapitlu Ġenerali, f’Bologna.F Bolonja  marad u wara xi tliet ġimgħat miet, fis-6 ta’ Awissu, 1221. Il-Papa Girgor IX ipproklamah Qaddis fl-1234.

It-tradizzjoni Kattolika żżomm li San Duminku għamel ir-Rużarju devozzjoni popolari speċjalment biex jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi.L-ewwel Kunvent tad-Dumnikani f’ Malta twaqqaf madwar is-sena 1450, qrib għar fir-Rabat fejn, kif jingħad, il-Madonna kienet dehret lil wieħed kaċċatur; għalhekk il-Kunvent imsemmi beda jissejjaħ il-Kunvent tal-Madonna tal-Għar. Fl-1528 id-Dumnikani fetħu l-Kunvent tal-Lunżjata fil-Birgu; u fl-1569 fetħu l-Kunvent tal-Portu Salvu fil-Belt,Valletta

li kienet għadha kemm bdiet tinbena. Fl-1838 dawn it-tliet Kunventi nfirdu mill-Provincja ta’ Sqallija  u twaqqfu bħala Provinċja ta’ San Piju V. Aktar tard imbagħad żdiedu żewġ Kunventi oħra: u twaqqfu bħala Provinċja ta’ San Piju V. Aktar tard imbagħad żdiedu żewġ Kunventi oħra: fl-1909 il-Kunvent tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema; fl-1945 dak tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanga ; fl-1948 Flores College, il-Belt, għadda f’idejn id-Dumnikani li tawh l-isem ta’ St Albert the Great College.

l-Kongregazzjoni Maltija tas-sorijiet Dumnikani twaqqfet f’ Għawdex fl-1889; u fl-1893 ingħaqdet mal-Ordni Dumnikan minn P. Fruhwirth, il-Mastru Ġenerali. Fl-1916 fetħet l-ewwel dar tagħha f’ Malta, il-Casa San Pietro, f’Ħal Lija; ma’ dawn imbagħad żdiedu tmint idjar oħra: St Joseph Home, Ħaż-Żabbar; Lourdes Home fl-Imġarr Għawdex; Apap Institute fil-Ħamrun; u St Catherine’s Home f’Ħ’Attard. Is-sorijiet Dumnikani Maltin għandhom ukoll djar fl-Ingilterra, fl-Italja, fl-Awstralja, fil-Pakistan u fis-Sri Lanka.

Nhar is-26 ta’ Jannar 2007, il-patri Dumnikan Pawlu Cremona sar it-tielet Arċisqof ta’ Malta.Il-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta saret “il-parroċċa ewlenija u matriċi tal-Belt il-ġdida kollha kemm hi” mill-Papa San Piju V b’Bolla Apostolika Ex Debito Pastoralis tat-2 ta’ Lulju 1571. Fil-25 ta’ Mejju 1816, il-knisja tgħolliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Il-knisja oriġinali, mibnija minn Ġlormu Cassar kellha tinħatt madwar mitejn sena wara, minħabba l-ħafna ħsarat li kienet ġarrbet bit-terremot tal-1693. Il-knisja ġdida ġiet konsagrata fil-15 ta’ Ottubru 1889

.artals.duminku

 

Big Time Rush

This is the last song of Big Time Rush.

My friends

These are my friends.download (23)download (24)

download (25)

American Money

The American Money is $.download (20) download (21)images (12) images (13)download (20)download (22)

A.N.T Farm

This is A.N.T Farm.download (19)

 

 

 

Shake it up

This is Shake it up.

download (18)

Fire Works at Malta

These are fire works at Malta.download (15)

download (16)

download (13)

download (14)

download (17)

Aye-aye

the Aye-aye gnaws holes in the wood using its forward slanting incisors to create a small hole in which it inserts its narrow middle finger to pull the grubs out.
it was extinct at some point within the last 1000 years.

220px-Aye-aye_(Daubentonia_madagascariensis)

Red panda

they sometimes call the Red panda the shining cat.
they live in the eastern Himalayas and china.
the Red panda’s food are eggs insects and smaller mammals.
it has long legs.
and it looks like a fox.

220px-Ailurus_fulgens_Panda_Rosso_Red_Panda